Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2010 - Adriaens et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-87/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Stéphane Adriaens (Evere, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta, riprodotta fid-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti, li tillimita l-aġġustament tas-salarji tagħhom, minn Lulju 2009, għal żieda ta' 1.85 % fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-impjegati l-oħra fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009 tat-23 ta' Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwantu tiffissa r-rata ta' aġġustament tas-salarji għal 1.85 % skont ir-Regolament Nru 1296/2009, li jaġġusta b'effett mill-1 ta' Lulju 2009 ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għal dawn ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet;

jagħti lir-rikorrenti l-benefiċċju tal-interessi moratorji, ikkalkolati skont ir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew, dovuti fuq l-ammont kollu li jikkorrispondi għad-differenza bejn is-salarji li jinsabu fid-dikjarazzjoniijiet tas-salarji minn Jannar 2010 u dawk ta' regolarizzazzjoni għall-perijodu minn Lulju 2009 sa Diċembru 2009 u s-salarji li huma kellhom dritt għalihom, sad-data meta dawn is-salarji jiġu rregolarizzati;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________