Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Novembru 2010 - Di Tullio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-119/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roberto Di Tullio (Rovigo, l-Italja) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tad-dipartimenti tal-OLAF li tirrifjuta lir-rikorrent l-għoti ta' leave għal servizz nazzjonali skont l-Artikolu 18 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta' April 2010 tad-dipartimenti tal-OLAF li tirrifjuta lir-rikokrrent l-għoti ta' leave għal servizz nazzjonali minkejja sejħa mill-ġdid mill-Guardia di Finanza tal-24 ta' Frar 2010;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2010 dwar iċ-ċaħda tal-ilment tar-rikorrent parzjalment għal raġunijiet li ma humiex dawk invokati fid-deċiżjoni kkontestata tas-27 ta' April 2010;

konsegwentement għal dawn l-annullamenti, tqiegħed lir-rikorrent f'pożizzjoni ta' leave għal servizz nazzjonali mill-1 ta' Lulju 2010 sat-30 ta' Ġunju 2010 inklużi;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________