Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2024 – Košovan vs EUIPO – Volkswagen (Voltwagen)
(Kawża T-87/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Štefan Košovan (Preseľany, is-Slovakkja) (rappreżentant: A. Bělohlávek, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Voltwagen” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 198 314
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 2216/2022-4
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tibdel id-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u laqgħet l-oppożizzjoni għas-servizzi fil-Klassi 37 speċifikati fil-punt 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata u tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fl-intier tagħha;
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż quddiem l-EUIPO;
tikkundanna lill-EUIPO u sa fejn ikun il-każ il-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura;
Sussidjarjament, ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u laqgħet l-oppożizzjoni għas-servizzi fil-Klassi 37 speċifikati fil-punt 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO u sa fejn ikun il-każ il-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura;
tibgħat il-każ lura quddiem l-EUIPO sa fejn id-deċiżjoni kkontestata hija annullata.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 54(1)(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bordijiet tal-Appell flimkien mal-Artikolu 27(4) u mal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________