Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2024 – Benschop vs EUIPO – Seven Bell Group (ALWAYS RUN 4PRESIDENT)
(Kawża T-76/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sven Benschop (Montfoort, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: F. Boom, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven Bell Group (Campi Bisenzio, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “ALWAYS RUN 4PRESIDENT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 228 179
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 1341/2023-2
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;
tikkundanna lill-EUIPO u lil Seven Bell Group għall-ispejjeż, in solidum bejniethom.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________