Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2024 – Société générale vs BĊE
(Kawża T-70/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société générale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u C. Duriez, avukati)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla t-Taqsima 8 tad-Deċiżjoni tal-BĊE Nru ECB-SSM-2023-FRSOG-44 (meħuda flimkien mal-annessi tagħha), tat-30 ta’ Novembru 2023, sa fejn hija tistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu dwar l-impenji ta’ pagament irrevokabbli rigward is-sistemi ta’ garanzija tad-depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-186/22, BNP Paribas vs BĊE.
____________