Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2024 – Impossible Foods vs EUIPO - Impossible Foods (IMPOSSIBLE BAKERS)
(Kawża T-67/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Impossible Foods Inc (Redwood City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Cohen Jehoram, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impossible Foods, SL (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “IMPOSSIBLE BAKERS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 522 412
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 1754/2023-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________