Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Diċembru 2018 – C=Holdings vs EUIPO – Trademarkers (C=commodore)

(Kawża T-672/16) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva C=commodore – Talba għal revoka tal-effetti tar-reġistrazzjoni internazzjonali – Artikolu 158(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 198(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001] – Assenza ta’ użu ġenwin li jikkonċerna ċerti prodotti u servizzi koperti mir-reġistrazzjoni internazzjonali – Eżistenza ta’ raġunijiet siewja għal nuqqas ta’ użu”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: C=Holdings BV (Oldenzaal, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Maeyaert u K. Neefs, sussegwentement minn P. Maeyaert u J. Muyldermans, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Trademarkers NV (Anvers, il-Belġju)

Suġġett

Rikors kontra deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2585/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Trademarkers u C=Holdings.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2585/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Trademarkers NV u C=Holdings BV, hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad ir-rikors ta’ C=Holdings fir-rigward tal-eżistenza ta’ raġunijiet siewja għal nuqqas ta’ użu tar-reġistrazzjoni internazzjonali li din tal-aħħar hija l-proprjetarja tagħha.

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 410, 7.11.2016.