Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – Pirelli & C. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-455/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pirelli & C. SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, F. Moretti, G. Rizza u P. Ferrari, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment

–        tannulla d-deċiżjoni sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, u speċifikament: l-Artikolu 1(5)(d) tagħha; l-Artikolu 2(g) tagħha; u l-Artikolu 4 tagħha, b’mod limitat għall-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tad-destinatarji tal-miżura;

sussidjarjament

–     tipprovdi beneficium ordinis seu excussionis favur ir-rikorrenti;

f’każ li jkun hemm deċiżjoni favorevoli għal Prysmian fil-kawża separata mressqa mill-imsemmija kumpannija b’rikors għal annullament tad-deċiżjoni

    tannulla d-deċiżjoni jew tbiddel l-Artikolu 2(g) tagħha, billi tnaqqas il-multa imposta in solidum fuq Prysmian u fuq ir-rikorrenti;

fi kwalunkwe każ

–     tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali