Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2014 – TAO/AFI u SFIE vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-456/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Association des Fonctionnaires Indépendants pour la Défense de la Fonction Publique Européenne (TAO/AFI) (Brussell, il-Belġju); u Syndicat des Fonctionnaires Internationaux et Européens (SFIE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors għal annullament ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali;

tannulla r-regolamenti kkontestati bil-konsegwenzi kollha fil-liġi;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku bbażat fuq ksur tal-prerogattivi tagħhom bħala organizzazzjonijiet sindakali u professjonali, jiġifieri d-dritt għal konsultazzjoni u d-dritt ta’ negozjazzjoni.Fil-fatt, il-partijiet ma ġewx ikkonsultati, la matul il-fażi ta’ preparazzjoni tal-proposti, u lanqas matul il-fażi ta’ negozjazzjoni tar-regolamenti kkontestati.