Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2014 – Warimex vs UASI (STONE)

(Kawża T-454/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Warimex Waren- Import Export Handels-GmbH (Neuried, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Keller u J. Voogd, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta’ Marzu 2014, fil-Każ R 1599/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “STONE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 7, 8, 9, 11, 12, 16, 21, 24 u 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru°11 464 005Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati:ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009;kusr tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009