Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2016 – Warimex vs EUIPO (STONE)

(Kawża T-454/14) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva STONE – Raġuni assoluta għal rifjut – Natura deskrittiva – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Warimex Waren-Import Export Handels-GmbH (Neuried, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Keller u J. Voogd, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Schneider u D. Walicka, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas- 27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1599/2013-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv STONE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Warimex Waren-Import Export Handels-GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk esposti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

____________

1     ĠU C 292, 1.9.2014.