Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – TAO AFI u SFIE PE vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-456/14) 1

[“Remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal tal-Unjoni – Adattament annwali – Regolamenti (UE) Nri 422/2014 u 423/2014 – Irregolaritajiet matul il-proċedura ta’ adozzjoni ta’ atti – Nuqqas ta’ konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet sindikaliˮ]

Lingwa tal-kawża: il-franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’association des fonctionnaires indépendants pour la défense de la fonction publique européenne (TAO-AFI) (Brussell, il-Belġju) u Syndicat des fonctionnaires internationaux et européens – Section du Parlement européen (SFIE PE) (Brussell) (rappreżentanti: M. Casado García Hirschfeld u J. Vanden Eynde, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u E. Taneva, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolamenti (UE) Nri 422/2014 u 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, li jaġġustaw, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011 u mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 5 u p. 12 rispettivament).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

L’association des fonctionnaires indépendants pour la défense de la fonction publique européenne (TAO-AFI) u s-Syndicat des fonctionnaires internationaux et européens – Section du Parlement européen (SFIE-PE) huma kkundannati għall-ispejjeż.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 261, 11.8.2014.