Language of document : ECLI:EU:T:2016:325





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2016 – Warimex vs EUIPO (STONE)

(Kawża T-454/14)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea STONE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Limitazzjoni tal-lista tal-prodotti u s-servizzi wara d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell – Konsegwenzi (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 43(1)) (ara l-punt 20)

2.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 30)

3.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 52)

4.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 53)

5.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark figurattiva STONE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 60, 75, 78, 79, 85, 91, 92)

6.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 83, 84)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1599/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv STONE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Warimex Waren-Import Export Handels-GmbH hija kkundnnata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).