Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Pirelli & C. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-455/14) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ksur uniku u kontinwat – Imputabbiltà tal-ksur – Preżunzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet fundamentali – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Beneficium ordinis seu excussionis – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pirelli & C. SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment M. Siragusa, F. Moretti, G. Rizza u P. Ferrari, sussegwentment M. Siragusa, F. Moretti, G. Rizza u A. Bardanzellu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, L. Malferrari u P. Rossi, sussegwentment H. van Vliet, L. Malferrari u P. Rossi, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Prysmian Cavi e Sistemi Srl (Milano) (rappreżentanti: C. Tesauro, F. Russo u L. Armati, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Pirelli & C. SpA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

Prysmian Cavi e Sistemi Srl għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 261, 11.8.2014.