Language of document : ECLI:EU:T:2018:450





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018 – Pirelli & C. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-455/14)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ksur uniku u kontinwat – Imputabbiltà tal-ksur – Preżunzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet fundamentali – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Beneficium ordinis seu excussionis – Ġurisdizzjoni sħiħa”

1.      Kompetizzjoni – Multi – Deċiżjoni li timponi multi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Indikazzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni żżomm kumpannija omm responsabbli in solidum għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarji tagħha

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 39-60)

2.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarji miżmuma fit-totalità jew fil-kważi totalità minnha – Ksur tal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali – Assenza – Ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza – Assenza

(Artikolu 101 TFUE ; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48)

(ara l-punti 66-75)

3.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarji miżmuma fit-totalità jew fil-kważi totalità minnha – Ksur tad-dritt għall-proprjetà – Assenza

(Artikoli 101 TFUE u 345 TFUE)

(ara l-punti 78-85)

4.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Dmir ġenerali ta’ prudenza li huwa oneru ta’ kull impriża – Obbligu li tiġi żgurata l-konservazzjoni tal-provi neċessarji fil-każ ta’ azzjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi

(Artikolu 101 TFUE)

(ar al-punti 88-92)

5.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarji miżmuma fit-totalità jew fil-kważi totalità minnha – Obbligi probatorji tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni – Provi insuffiċjenti sabiex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni

(Artikolu 101 TFUE)

(ara l-punti 99-101)

6.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarji miżmuma fit-totalità jew fil-kważi totalità minnha – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Artikolu 101 TFUE)

(ara l-punti 106-111)

7.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motiv mhux sostnut minn argumenti preċiżi – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76)

(ara l-punti 141, 142)

8.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata – Ġurisdizzjoni sħiħa limitata għall-evalwazzjonijiet li jaqgħu taħt il-poter ta’ sanzjoni tal-Kummissjoni – Determinazzjoni tal-parti tal-multa li għandha tiġi sostnuta mill-kodebituri in solidum – Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali

(Artikolu 261 TFUE ; Regolament tal-Kunsill 1/2003, Artikolu 31)

(ara l-punt 148)

9.      Kompetizzjoni – Multi – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas – Portata – Imputazzjoni lill-kumpannija omm tal-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja tagħha – Konsegwenzi għall-kumpannija omm fil-każ ta’ annullament jew ta’ riforma tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

(Artikolu 101 TFUE)

(ara l-punti 150-158)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pirelli & C. SpA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Prysmian Cavi e Sistemi Srl għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.