Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Willemsen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-174/23) 1

(“Rikors għal annullament – Riċerka u żvilupp teknoloġiku – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni “Orizzont 2020” (2014-2020) – Deċiżjoni li tistabbilixxi obbligu pekunjarju li jifforma titolu eżekuttiv – Artikolu 299 TFUE – Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura – Ksur tar-rekwiżiti formali – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Merel Johanna Willemsen (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: G. Geelkerken, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Van Noyen u O. Verheecke, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 9665 final tal-14 ta’ Diċembru 2021 dwar irkupru ta’ debitu rreġistrat permezz tan-nota ta’ debitu Nru 4840200003.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Merel Johanna Willemsen għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 2016, 19.6.2023.