Language of document : ECLI:EU:T:2011:437





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Settembru 2011 – MIP Metro vs UASI – Metronia (METRONIA)

(Kawża T-525/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva METRONIA – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti METRO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8 (1)(b)) (ara l-punti 29, 41, 42)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1315/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Metronia, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.