Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden - il-Pajjiżi l-Baxxi) – Stichting Brein vs Ziggo BV, XS4ALL Internet BV

(C-610/15) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali u industrijali – Direttiva 2001/29/KE – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati – Artikolu 3(1) – Komunikazzjoni lill-pubbliku – Kunċett – Pjattaforma ta’ qsim online – Qsim ta’ fajls protetti, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stichting Brein

Konvenuti: Ziggo BV, XS4ALL Internet BV

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-tqegħid għad-dispożizzjoni u l-ġestjoni, fuq l-internet, ta’ pjattaforma ta’ qsim li, permezz tal-indiċjar ta’ metadata dwar xogħlijiet protetti u tal-provvista ta’ mutur ta’ riċerka, tippermetti lill-utenti ta’ din il-pjattaforma jsibu dawn ix-xogħlijiet u jaqsmuhom bejniethom fil-kuntest ta’ netwerk peer-to-peer.

____________

1 ĠU C 48, 8.2.2016.