Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 – Bateni vs Il-Kunsill

(Kawżi T-42/12 u T-181/12) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Naser Bateni (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Kienzle, M. Schingmann u F. Lautenschlager, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop, J.-P. Hix u Z. Kupčová, aġenti)

Suġġett

Fil-Kawża T-42/12, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), sa fejn hija ssemmi lir-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), sa fejn isemmi lir-rikorrent fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), u, fil-Kawża T-181/12, talba għall-annullament tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent jinżamm fuq il-lista tal-persuni, entitajiet u organi li l-assi tagħhom huma ffriżati.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-42/12 u T-181/12 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fil-Kawża T-42/12 dwar it-talba intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru°1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, fir-rigward ta’ N. Bateni.Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn issemmi lil N. Bateni fl-Anness II tal-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.L-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 huwa annullat, sa fejn jirrigwarda lil N. Bateni.L-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/783, jibqgħu validi fir-rigward ta’ N. Bateni, mid-dħul fis-seħħ tagħha, l-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sad-dħul fis-seħħ tal-annullament parzjali tar-Regolament Nru 267/2012.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ N. Bateni.Ir-Repubblika Federa

li tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.