Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Europol

(Kawżi T-40/12 u T-183/12) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi informatiċi għal sistema ta’ ġestjoni tal-proċessi tan-negozju, dokumenti u rekords u ta’ portal tal-intranet tal-kumpannija – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Trasparenza – Proporzjonalità – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaiki Dinamiki-Proigmena Sistimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: J. Teal u T. de Maignas, aġenti, assistiti minn P. Anestis, avukat, C. Kennedy-Loest, solicitor, N. Pourbaix u D. Vallindas, avukati)

Suġġett

Fil-kawża T-40/12, talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, tat-22 ta’ Novembru 2011, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti D/C3/1104 għall-provvista ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut tal-intrapriża (ġestjoni tal-proċessi tan-negozju, dokumenti u rekords) u portal tal-intranet tal-kumpannija (ĠU 2011/S 134-22204), u, fil-kawża T-183/12, minn naħa, talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li tattribwixxi l-kuntratt pubbliku dwar is-sejħa għal offerti prevista hawn fuq lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-danni li rriżultaw mit-telf tal-possibbiltà, għar-rikorrenti, li jiġu attribwiti dan il-kuntratt pubbliku.Dispożittiv1)    Il-Kawżi T-40/12 u T-183/12 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.2)    Ir-rikorsi huma miċħuda.3)    European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol).