Language of document : ECLI:EU:T:2015:125





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Frar 2015 —
LS Fashion vs UASI — Gestión de Activos Isorana (L’Wren Scott)

(Kawża T‑41/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali L’Wren Scott — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LOREN SCOTT — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, premessa 10 u Artikolu 42(2) u (3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Regola 22(3)) (ara l-punti 18‑24, 46)

2.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Determinazzjoni tal-livell kwantitattiv ta’ użu minimu — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2)) (ara l-punt 25)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta' evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 50‑53)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali L’Wren Scott u LOREN SCOTT (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 57‑79)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Novembru 2011 (Każ R 1584/2009‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gestión de Activos Isorana, SL u LS Fashion, LLC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LS Fashion, LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.