Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2014 – ZZ vs BEI

(Kawża F-9/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Isola u G. Isola, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-2012, sa fejn ma jingħatax il-klassifikazzjoni “exceptional performance” jew “very good performance” u ma jipproponihx għall-promozzjoni għall-funzjoni D u sa fejn jistabbilixxi l-għanijiet tiegħu għall-2013, l-annullament tal-linji gwida għar-rapport ta’ evalwazzjoni 2012 u, fl-aħħar nett, il-kundanna tal-BEI sabiex iħallas kumpens għad-danni morali u materjali li r-rikorrent jallega li sostna.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla,

id-deċiżjoni adottata fit-18 ta’ Diċembru 2012 mill-Kumitat tal-Appelli, li bagħtet lura lilu l-atti u stabbiliet il-kriterji li għandhom jiġu segwiti fl-adozzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida;

il-linji gwida stabbiliti mid-Direttorat tar-“Riżorsi Umani” bin-“Note to Staff n. 722 PERSONNEL/S&D/D&P/2012-198” tal-5 ta’ Diċembru 2012 u l-annessi “Guidelines to the 2012 annual staff appraisal exercise”, anki fil-parti fejn jistabbilixxu li l-evalwazzjoni finali għandha titqassar b’ċertu mod, iżda ma jidentifikawx il-kriterji li għandhom jiġu osservati mill-evalwatur;

sussidjarjament jannulla,ir-rapport kollu ta’ informazzjoni 2012, jiġifieri kemm fil-parti evalwattiva, kif ukoll fil-parti fejn ma tqassarx dik il-prestazzjoni bħala “exceptional performance” jew “very good performance” u ma jipproponix lir-rikorrent għall-promozzjoni fil-funzjoni D u, finalment, fil-parti fejn tistabbilixxi l-għanijiet għas-sena 2013;l-atti kollha konnessi, konsegwenti u anteċedenti, inklużi ċertament il-promozzjonijiet msemmija fin-nota “2011 staff appraisal exercise, award of promotions and titles” tad-Direttur tar-Riżorsi Umani, ta’ Mejju 2012;fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-BEI sabiex iħallas kumpens għad-danni morali u materjali li jirriżultaw (fit-termini speċifikati), kif ukoll il-ħlas tal-ispejjeż tal-proċeduri u l-interessi u r-rivalutazzjoni monetar

ja għall-ammont rikonoxxut u għall-ispejjeż.