Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2015 – Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener vs Il-Kunsill

(Kawżi Magħquda T-558/12 u T-559/12) 1

[“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina – Emenda tar-regolament li jistabbilixxi dazju antidumping definittiv – Artikolu 2(10) u (11) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Kalkolu tal-marġni ta’ dumping – Aġġustamenti – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Changshu City Standard Parts Factory (Chanshu City, iċ-Ċina); u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd (Ningbo, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assisit inizjalment minn G. Berrich u A. Polcyn, sussegwentement minn A. Polcyn u finalment minn D. Geradin, avukati)

Partijiet konvenuti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u T. Maxian Rusche, aġenti); u European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI) (rappreżentanti: J. Bourgeois u R. Grasso, avukati)SuġġettTalbiet għal-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 275, p. 1).DispożittivIr-rikorsi huma miċħuda.Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI).Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.