Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ April 2017 – M.G. Tjebbes et vs Minister van Buitenlandse Zaken

(Kawża C-221/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M.G. Tjebbes, G.J.M. Koopman, E. Saleh Abady, L. Duboux

Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken

Domandi preliminari

L-Artikoli 20 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati, b’mod partikolari fid-dawl tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fis-sens li minħabba l-assenza ta’ eżami individwali fil-kuntest tal-prinċipju ta’ proporzjonalità f’dak li jikkonċerna l-konsegwenzi li t-telf tan-nazzjonalità jġib miegħu fuq is-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, huma jipprekludu dispożizzjonijiet leġiżlattivi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skonthom:

persuna maġġuri, li għandha wkoll in-nazzjonalità ta’ Stat terz, titlef ipso iure n-nazzjonalità tal-Istat Membru tagħha u, għaldaqstant, l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni, minħabba li matul perijodu mhux interrott ta’ għaxar snin hija kellha r-residenza prinċipali tagħha f’pajjiż barrani u barra mill-Unjoni Ewropea, filwaqt li jeżistu possibbiltajiet sabiex dan it-terminu ta’ għaxar snin jiġi interrott?

persuna minuri titlef ipso iure, taħt ċerti ċirkustanzi, in-nazzjonalità tal-Istat Membru tagħha u, għaldaqstant, l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni, bħala konsegwenza tat-telf tan-nazzjonalità mill-ġenitur tagħha, kif jidher fl-ipoteżi msemmija hawn fuq fil-punt (a)?

____________