Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi – M.G. Tjebbes et vs Minister van Buitenlandse Zaken

(Kawża C-221/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 20 TFUE – Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Nazzjonalità ta’ Stat Membru u ta’ Stat terz – Telf ipso jure tan-nazzjonalità tal-Istat Membru u taċ-ċittadinanza tal-Unjoni – Konsegwenzi – Proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M.G. Tjebbes, G.J.M. Koopman, E. Saleh Abady, L. Duboux

Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken

Dispożittiv

L-Artikolu 20 TFUE, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, taħt ċerti kundizzjonijiet, it-telf ipso jure tan-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru, li jwassal, fir-rigward tal-persuni li ma jkollhomx ukoll in-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor, għat-telf tal-istatus tagħhom ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea u tad-drittijiet marbuta magħhom, sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż, jekk ikun il-każ, il-qrati nazzjonali, ikunu f’pożizzjoni li jeżaminaw, b’mod inċidentali, il-konsegwenzi ta’ dan it-telf ta’ nazzjonalità u, possibbilment, li jirkupraw ex tunc in-nazzjonalità tal-persuni kkonċernati, fl-okkażjoni tal-applikazzjoni, minn dawn tal-aħħar, għal dokument tal-ivvjaġġar jew prova oħra tan-nazzjonalità tagħhom. Fil-kuntest ta’ dan l-eżami, dawn l-awtoritajiet u qrati għandhom jivverifikaw jekk it-telf tan-nazzjonalità tal-Istat Membru kkonċernat, li jġib miegħu l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni, josservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-konsegwenzi tiegħu fuq is-sitwazzjoni ta’ kull persuna kkonċernata u, jekk ikun il-każ, fuq dik tal-membri tal-familja tiegħu fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni.

____________

1     ĠU C 239, 24.7.2017.