Language of document : ECLI:EU:C:2018:204

Kawża C533/16

Volkswagen AG

vs

Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 167 sa 171 – Dritt għal tnaqqis tal-VAT – Dritt għar-rimbors tal-VAT għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru tar-rimbors – Artikolu 178(a) – Modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ dritt għal tnaqqis tal-VAT– Direttiva 2008/9/KE – Modalitajiet tar-rimbors tal-VAT – Terminu ta’ dekadenza – Prinċipju ta’ newtralità fiskali – VAT imħallsa u mitluba numru ta’ snin wara l-kunsinna tal-oġġetti inkwistjoni – Rifjut tal-benefiċċju tad-dritt għar-rimbors minħabba l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni li jkun beda jiddekorri b’effett mid-data tal-kunsinna ta’ oġġetti”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali  – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Modalitajiet tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ tnaqqis – Talbiet għal tnaqqis jew għal rimbors – L-effett ratione temporis tal-istabbiliment ta’ fattura diversi snin wara l-kunsinna tal-oġġetti – Terminu ta’ dekadenza – Kalkolu tal-imsemmi terminu b’effett mid-data tal-kunsinna tal-oġġetti  – Rifjut tal-benefiċċju tad-dritt għar-rimbors minħabba l-iskadenza tal-imsemmi terminu ta’ preskrizzjoni qabel lit-talba għal rimbors – Inammissibbiltà


Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali fejn it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ġiet mitluba lill-persuna taxxabbli u mħallsa minnha numru ta’ snin wara l-kunsinna tal-oġġetti inkwistjoni, il-benefiċċju tad-dritt għar-rimbors tal-VAT jiġi rrifjutat, għar-raġuni li t-terminu ta’ dekadenza previst mill-imsemmija leġiżlazzjoni għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt kien beda jiddekorri mid-data tal-kunsinna u kien skada qabel ma tressqet it-talba għal rimbors.

(ara l-punt 51 u d-dispożittiv)