Language of document :

Appell ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2022 minn JCDecaux Street Furniture Belgium mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-7 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-642/19, JCDecaux Street Furniture Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-710/22 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: JCDecaux Street Furniture Belgium (rappreżentanti: A. Winckler, M. Malanda, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Clear Channel Belgium

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Settembru 2022 fil-Kawża T-642/19, JCDecaux Street Furniture Belgium vs Il-Kummissjoni;

tilqa’ t-talbiet ippreżentati minn JCDecaux fl-ewwel istanza u tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 4466 final tal-24 ta’ Ġunju 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33078 (2015/C) (eks 2015/NN) implimentata mill-Belġju affavur JC Decaux Belgium Publicité, fis-sens li tikkonkludi li hemm għajnuna mill-Istat inkompatibbli favur JCDecaux fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-1984, u l-Artikoli 2 sa 4 tagħha, peress li jordnaw l-irkupru mill-Istat Belġjan ta’ din l-għajnuna mingħand JCDecaux;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, JCDecaux issostni li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza tagħha, adottat raġunament kontradittorju u wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-użu minn JCDecaux ta’ ċertu apparat ta’ reklamar kopert mill-kuntratt tal-1984 lil hinn mid-data ta’ skadenza tagħhom kien jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku, u dan żnatura l-fatti peress li qies li l-apparat ta’ reklamar miżmum kien jaqa’ taħt is-sistema tal-kuntratt tal-1999 li fuq il-bażi tiegħu “kiri u taxxi” kienu jkunu dovuti.

____________