Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Ottubru 2011 - Purvis vs Il-Parlament

(Kawża T-439/09) 1

"Regoli dwar il-ħlas tal-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Skema ta' pensjoni addizzjonali - Rifjut li parti mill-benefiċċju ta' pensjoni addizzjonali volontarja tingħata fil-forma ta' kapital - Eċċezzjoni ta' illegalità - Drittijiet miksuba - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: John Robert Purvis (Saint-Andrews, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment H. Krück, A. Pospíšilová Padowska u G. Corstens, sussegwentement N. Lorenz, A. Pospíšilová Padowska u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tas-7 ta' Awwissu 2009, li tirrifjuta li r-rikorrent jingħata parti mill-benefiċċju tal-pensjoni addizzjonali volontarja tiegħu fil-forma ta' kapital.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

John Robert Purvis huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 11, 16.01.2010.