Language of document : ECLI:EU:T:2012:269





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba̕ Awla) tal-4 ta̕ Ġunju 2012 — Azienda Agricola Bracesco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-440/09)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Agrikoltura — Influwenza avjarja — Miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq fis-setturi tal-bajd u tat-tjur — Nuqqas ta’ inklużjoni tas-summien fost l-ispeċi ta’ tjur li jagħtu dritt għal kumpens — Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni — Assenza ta’ rabta kawżali — Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Kundizzjonijiet kumulattivi (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 9-11)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Regolament Nru 1010/2006 — Miżuri ta’ sostenn ekonomiku — Esklużjoni tal-produtturi tas-summien — Regolament Nru 2777/75 — Kamp ta̕ applikazzjoni — Nuqqas ta’ inklużjoni tas-summien — Estensjoni awtonoma tal-miżuri għal speċi ta’ tjur oħra — Esklużjoni — Estensjoni tad-definizzjoni ta’ “tjur” fid-dawl tad-Direttiva 2005/94 — Esklużjoni — Assenza ta’ illegalità (Regolament tal-Kunsill Nru 2777/75; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1010/2006; Direttiva tal-Kunsill 2005/94) (ara l-punti 15, 18, 20, 21, 27)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Rabta kawżali — Oneru tal-prova — Ksur tar-rabta kawżali minħabba l-aġir żbaljat tar-rikorrent (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 37-40)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2006, tat-3 ta’ Lulju 2006, li jikkonċerna ċerti miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn tas-suq fis-setturi tal-bajd u tat-tjur f’ċerti Stati Membri (ĠU L 180 p. 3), inkwantu ma jipprovdix tali miżuri favur il-bdiewa li jrabbu t-tjur involuti fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tas-summien.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Azienda Agricola Bracesco Srl — in liquidazione għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.