Language of document : ECLI:EU:T:2010:287





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 – mPAY24 vs UASI – Ultra (M PAY)

(Kawża T-557/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva M PAY – Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti MPAY24 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 36, 39, 42-45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2008 (Każ R 221/2007-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn mPAY24 GmbH u Ultra d.o.o Proizvodnja elektronskih naprav.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva M PAY għal prodotti u servizzi tal-klassi 9, 35 sa 38 u 42 – Applikazzjoni Nru 3587896

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

mPAY24 GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verali Komunitarja MPAY24 (Nru 2061656) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36 u 38; it-trade mark verbali Awstrijaka MPAY24 (Nru 200373) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell parzjalment miċħud


Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI) tat-30 ta’ Settembru 2008 (Każ R 221/2007-1) hija annullata sa fejn din id-deċiżjoni tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn mPAY24 GmbH.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.