Language of document : ECLI:EU:T:2014:1080

Kawża T‑558/08

Eni SpA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet — Prova tal-ksur — Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Ugwaljanza fit-trattament — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ċirkustanzi attenwanti — Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa — Ksur imwettaq b’negliġenza — Drittijiet tad-difiża — Ġurisdizzjoni sħiħa”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2014

1.      Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Kunċett — Qbil tal-intenzjonijiet fir-rigward tal-aġir li għandu jiġi adottat fis-suq — Inklużjoni — Prosegwiment tan-negozjati fuq ċerti elementi tar-restrizzjoni — Assenza ta’ effett

(Artikolu 81(1) KE)

2.      Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Għan jew riżultat antikompetittiv — Preżunzjoni — Kundizzjonijiet

(Artikolu 81(1) KE)

3.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova — Prova mogħtija minn numru ta’ indikazzjonijiet tal-ksur — Ammissibbiltà — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment — Provi dokumentali — Kriterji — Kredibbiltà tal-provi prodotti — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur

(Artikolu 81(1) KE)

4.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà — Portata — Konsegwenzi

(Artikolu 81(1) KE)

5.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Valur probatorju ta’ xhieda volontarji magħmula kontra impriża mill-parteċipanti prinċipali għal ksur sabiex jibbenenfikaw mill-aplikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni — Dikjarazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi tal-imsemija impriża — Valur probatorju għoli

(Artikolu 81(1) KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03)

6.      Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Kunċett — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Inklużjoni — Kundizzjoni — Assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 81(1) KE)

7.      Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur li jikkonsisti fil-konklużjoni ta’ ftehim antikompetittiv — Deċiżjoni sostnuta minn provi dokumentali — Assenza ta’ interess kummerċjali tal-imsemmi ftehim minn impriża ssanzjonata — Assenza ta’ effett

(Artikolu 81(1) KE)

8.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Kompetenza sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata

(Artikolu 229 KE; (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31)

9.      Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Iffissar tal-multa proporzjonalment għall-elementi ta’ evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur

(Artikolu 81(1) KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(3); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

10.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Differenzi bejn impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni oġġettivament differenti — Ammissibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

11.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol passiv — Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqqsa — Evitar effettiv tal-applikazzjoni tal-akkordju — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3, l-ewwel inċiż, u 2006/C 210/02, punt 29, it-tilet inċiż)

12.    Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ

(Artikolu 253 KE)

13.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Kumpannija parent li ma ġietx issanzjonata minn deċiżjoni preċedenti kontra sussidjarja u lanqas ma hija destinatarja ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet f’dan il-kuntest — Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 28, l-ewwel inċiż)

14.    Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Preżunzjoni konfutabbli — Obbligi probatorji tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni

(Artikolu 81 KE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 25-27, 133)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 28, 29, 149, 150)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 30, 34-45, 65, 116, 143, 251)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 31-33)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 46-51, 63, 86)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 69, 70, 104, 106)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 111-113)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 160-162, 314)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 165-170, 175, 186)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 181-185)

11.    Skont it-tielet inċiż tal-paragrafu 29 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003, l-ammont bażiku tal-multa jista’ jitnaqqas meta l-Kummissjoni tikkonstata l-eżistenza ta’ ċirkustanzi attenwanti, b’mod partikolari meta l-impriża kkonċernata tipproduċi l-prova li l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur hija sostanzjalment limitata u konsegwentement turi li, matul il-perijodu li fih aderixxiet għall-ftehimiet ta’ ksur, hija effettivament evitat l-applikazzjoni tagħhom billi adottat aġir kompetittiv fis-suq. Dawn iż-żewġ elemeenti jikkostitwixxu kundizzjonijiet kumulattivi. Skont l-istess punt, is-sempliċi fatt li impriża tkun ipparteċipat fi ksur għal tul iqsar mill-oħrajn ma jistax jitqies li huwa ċirkustanza attenwanti, peress li din iċ-ċirkustanza diġà hija riflessa fl-ammont bażiku tal-multa.

Fil-kuntest tal-ewwel inċiż tal-paragrafu 3 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA, ir-“rwol esklużivament passiv jew li jsegwi” ta’ impriża fit-twettiq tal-ksur jista’ jikkostitwixxi ċirkustanza attenwanti. Il-kunċett ta’ “parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa” fil-Linji gwida tal-2006, għandu jiġi interpretat b’mod analogu għal dak ta’ “rwol esklużivament passiv” fil-Linji gwida tal-1998.

Huwa b’hekk li r-rwol passiv jimplika l-adozzjoni ta’ approċċ “low-profile” mill-impriża kkonċernata, jiġifieri assenza ta’ parteċipazzjoni attiva fl-elaborazzjoni ta’ xi ftehim jew ftehimiet antikompetittivi. Bl-istess mod, skont il-ġurisprudenza, fost l-elementi li jistgħu jiżvelaw ir-rwol passiv ta’ impriża fi ħdan akkordju, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm in-natura sostanzjalment iktar sporadika tal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat meta mqabbla ma’ dik tal-membri ordinarji tal-akkordju kif ukoll id-dħul tardiv tagħha fis-suq li kien is-suġġett tal-ksur, indipendentement mit-tul tal-parteċipazzjoni tagħha f’dan il-ksur jew saħansitra l-eżistenza tad-dikjarazzjonijiet espliċiti f’dan is-sens magħmula minn rappreżentanti ta’ impriżi terzi li jkunu pparteċipaw fil-ksur. Barra minn hekk, il-fatt li impriżi oħra li pparteċipaw fl-istess akkordju uniku setgħu kienu iktar attivi minn parteċipant partikolari ma jimplikax, għal daqshekk, li dan tal-aħħar kellu rwol passiv jew emulattiv. Fil-fatt, hija biss il-passività totali li tista’ tiġi kkunsidrata u li għandha tiġi stabbilita mill-parti li tinvokaha. Issa, tali passività totali ma tistax tiġi dedotta mill-fatt li l-impriża inkriminata ma organizzatx hija stess laqgħat sigrieti antikompetittivi.

Barra minn hekk, il-fatt li impriża, li tkun stabbilixxiet il-parteċipazzjoni tagħha f’akkordju mal-kompetituri fir-rigward tal-prezzijiet fuq is-suq, ma tkunx ġabet ruħha b’mod konformi ma’ dak li jkun ġie miftiehem mal-kompetituri tagħha, ma jikkostitwixxix neċessarjament element li għandu jiġi kkunsidrat, bħala ċirkustanza attenwanti, meta jiġi stabbilit l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta. Fil-fatt, impriża li ssegwi, minkejja l-akkordju mal-kompetituri, politika ftit jew wisq indipendenti fuq is-suq tista’ sempliċement tuża l-ftehim għall-profitt tagħha. Għal dan il-għan, għandu jiġi vverifikat jekk tali ċirkustanzi msemmija mir-rikorrenti humiex ta’ natura tali li jistabbilixxu li, matul il-perijodu li fih ir-rikorrenti ħadet sehem fl-akkordji ta’ ksur, hija effettivament astjeniet ruħha milli timplementhom billi adottat aġir kompetittiv fis-suq jew, minn tal-inqas, jekk hija b’mod ċar u kunsiderevoli kisritx l-obbligi intiżi għall-implementazzjoni ta’ dan l-akkordju b’tali mod li fixklet l-istess funzjonament tal-akkordju.

(ara l-punti 189-191, 195, 196, 215, 216, 245, 246)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 234)

13.    Skont il-paragrafu 28 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003, l-ammont bażiku tal-multa jista’ jiżdied meta l-Kummissjoni tikkonstata l-eżistenza ta’ ċirkustanzi aggravanti. Waħda miċ-ċirkustanzi aggravanti hija r-reċidiva.

Ma jistax jiġi ammess skont il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża, li l-Kummissjoni tista’ tikkunsidra, fil-kuntest sabiex tiġi stabbilita ċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidiva, li kumpannija għandha tinżamm li hija responsabbli ta’ ksur preċedenti, li għalih hija ma ġietx issanzjonata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, u fil-kuntest tad-determinazzjoni tagħha hija ma kinitx destinatarja ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Fil-fatt, tali kumpannija ma tpoġġietx fil-pożizzjoni, matul il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni li tikkonstata l-ksur preċedenti, li tippreżenta l-argumenti tagħha sabiex tikkontesta, f’dak li jirrigwardaha, l-eżistenza eventwali ta’ unità ekonomika ma’ impriżi oħra intiża mid-deċiżjoni preċedenti. Tali konklużjoni tapplika iktar u iktar jekk, verament, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li ż-żmien li jgħaddi bejn il-ksur inkwistjoni u l-ksur preċedenti tar-regoli tal-kompetizzjoni jittieħed inkunsiderazzjoni meta tiġi evalwata t-tendenza tal-impriża li tikser dawn ir-regoli, il-Kummissjoni ma għandhiex tkun marbuta minn terminu ta’ eventwali preskrizzjoni għal konstatazzjoni ta’ reċidiva u tali konstatazzjoni tista’, għaldaqstant, issir diversi snin wara l-konstatazzjoni ta’ ksur, fil-mument meta l-impriża kkonċernata, fi kwalunkwe każ, ma tkunx tista’ tikkontesta l-eżistenza ta’ tali unità ekonomika.

Fl-aħħar nett, ma jistax jiġi ammess li, fil-każ ta’ żamma ta’ kważi l-kapital kollu ta’ sussidjarja, il-kumpannija parent tkun ukoll id-destinatarja tal-avviż indirizzat lis-sussidjarja li jirriżulta mid-deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li ssanzjonatha għal ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni. Fil-fatt, jekk, ċertament, huwa raġonevolment permess li jiġi kkunsidrat li kumpannija parent effettivament tkun taf dwar deċiżjoni preċedenti li l-Kummissjoni indirizzat lis-sussidjarja tagħha, li tagħha hija għandha kważi l-kapital kollu, tali għarfien ma jpattix għall-assenza ta’ konstatazzjoni, fid-deċiżjoni preċedenti, ta’ unità ekonomika bejn tali kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha, sabiex tiġi imputata fuq l-imsemmija kumpannija parent ir-responsabbiltà tal-ksur preċedenti u jkun hemm żieda tal-ammont tal-multi li ġew imposti fuqhom minħabba r-reċidiva.

(ara l-punti 274, 295-298)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 282-285)