Language of document : ECLI:EU:T:2015:189





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Marzu 2015 – Slovenská pošta vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑556/08)

“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Swieq Slovakki ta’ servizzi ta’ posta tradizzjonali u ta’ posta ibrida – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE – Dritt esklużiv għat-tqassim tal-posta ibrida – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt ta’ smigħ – Definizzjoni tas-suq – Estensjoni ta’ monopolju – Artikolu 86(2) KE – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi”

1.                     Kompetizzjoni – Impriżi pubbliċi u impriżi li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri – Sorveljanza tal-aġir tal-Istati Membri – Drittijiet tad-difiża tal-Istati Membri u tal-impriżi – Portata (Artikolu 86(1) u (3) KE) (ara l-punti 55, 58-61, 66, 90)

2.                     Kompetizzjoni – Impriżi pubbliċi u impriżi li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri – Ħolqien ta’ pożizzjoni dominanti – Assenza ta’ inkompatibbiltà fiha nnifisha mal-Artikolu 82 KE – Miżura statali li toħloq riskju ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti – Inammissibbiltà fir-rigward tal-Artikoli 82 KE u 86(1) KE – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikoli 82 KE u 86(1) KE) (ara l-punti 95-103, 325, 352)

3.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Deċiżjoni li titlob evalwazzjoni ekonomika jew teknika kumplessa – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Artikoli 81 KE u 82 KE) (ara l-punti 104-106)

4.                     Pożizzjoni dominanti – Suq inkwistjoni – Delimitazzjoni – Kriterji – Sostitwibbiltà tal-prodotti jew servizzi min-naħa tal-provvista u min-naħa tad-domanda – Servizzi postali – Suq ta’ servizzi ta’ posta tradizzjonali u ta’ posta ibrida (Artikolu 82 KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 97/C 372/03, punti 2 u 7) (ara l-punti 111, 112, 187-192)

5.                     Kompetizzjoni – Impriżi pubbliċi u impriżi li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri – Kompetenzi tal-Kummissjoni relatati mad-dmir ta’ sorveljanza tagħha – Setgħa diskrezzjonali – Effett tal-linji gwida adottati mill-Kummissjoni – Awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha (Artikolu 86(1) u (3) KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 39/02) (ara l-punti 119, 474)

6.                     Kompetizzjoni – Impriżi pubbliċi u impriżi li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri – Artikolu 86(2) KE – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni – Oneru tal-prova (Artikolu 86(2) KE) (ara l-punti 358, 360, 361, 408)

7.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Obbligu għall-Kummissjoni li teżamina, b’reqqa u imparzjalità, l-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni (Artikoli 86(2) KE u 253 KE) (ara l-punti 427, 428, 444, 455, 463, 470)

8.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Deċiżjoni li tmur notevolment iktar lil hinn mill-prassi deċiżjonali preċedenti – Motivazzjoni espliċita – Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Assenza (ara l-punti 476, 478)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5912 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2008, li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni postali Slovakka dwar is-servizzi tal-posta ibrida (Każ COMP/39.562 – Liġi Slovakka dwar il-Posta).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Slovenská pošta a.s. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll minn Cromwell a.s., minn Slovak Mail Services a.s., minn Prvá Doručovacia a.s. u minn ID Marketing Slovensko s.r.o.

3)

Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.