Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Diċembru 2008 - mPAY24 GmbH vs UASI

(Kawża T-557/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: mPAY24 GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Z. Zeiner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav (Zagorje ob Savi, is-Slovenja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta' Settembru 2008, fil-Każ R 221/2007-1, safejn l-oppożizzjoni ppreżentata mir-rikorrenti ġiet miċħuda; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "MPAY", għal prodotti fil-klassijiet 9, 35, 36, 37, 38 u 42 - applikazzjoni Nru 3 587 869

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark Komunitarja "MPAY24" irreġistrata bin-Nru 2 061 656 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36 u 38; it-trade mark verbali Awstrijaka "MPAY24" irreġistrata bin-Nru 200 373 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell evalwa b'mod żbaljat il-probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kkonċernati

____________