Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Flygtningenævnet København (id-Danimarka) fit8 ta’ Settembru 2023 – H (assistit minn DRC Dansk Flygtningehjælp) vs Udlændingestyrelsen

(Kawża C560/23, Tang )1

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Flygtningenævnet København

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H (assistit minn DRC Dansk Flygtningehjælp)

Konvenut: Udlændingestyrelsen

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet dwar iż-żmien limitu fl-Artikolu 29(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida  (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Dublin III”), għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-terminu ta’ sitt xhur previst fit-tieni parti tal-Artikolu 29(1) ta’ dan ir-regolament għandu jibda jiddekorri mid-deċiżjoni finali sostantiva f’sitwazzjoni fejn istanza ta’ appell fl-Istat Membru rikorrent, kif imsemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament Dublin III, tkun irrinvjat il-kawża ta’ trasferiment lill-awtorità kompetenti tal-ewwel istanza, li sussegwentement tkun ħadet deċiżjoni ta’ trasferiment ġdida iktar minn sitt xhur wara li tkun irċeviet l-aċċettazzjoni ta’ teħid lura mill-Istat Membru responsabbli, inkluż meta r-rinviju jkun ibbażat fuq il-fatt li l-Istat Membru responsabbli, li jkun inizjalment aċċetta t-trasferiment, sussegwentement ikun iddeċieda li jissospendi kwalunkwe trasferimenti skont ir-Regolament Dublin III, u fejn ikun ingħata effett sospensiv fir-rigward tal-miżura ta’ tneħħija tal-barrani kkonċernat?1

____________

1 L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1 ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.