Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen (l-Isvezja) fit-28 ta’ Ġunju 2021 – IRnova AB vs FLIR Systems AB

(Kawża C-399/21)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt, Patent- och marknadsöverdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IRnova AB

Konvenut: FLIR Systems AB

Domanda preliminari

Azzjoni li hija intiża tikseb konstatazzjoni ta’ rikonoxximent ta’ dritt ikbar fir-rigward ta’ invenzjoni, fuq il-bażi tal-kwalità ta’ inventur jew ta’ koinventur skont applikazzjonijiet ta’ privattiva nazzjonali u ta’ privattivi rreġistrati fi Stat terz, hija suġġetta għal ġurisdizzjoni esklużiva għall-finijiet tal-Artikolu 24(4) tar-Regolament (EU) Nru 1215/2012 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali?

____________

1 ĠU 2012, L 351, p. 1.