Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2012 – ZZ et vs KESE
(Kawża F-53/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Suġġett
Annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li tippromwovi lir-rikorrenti mill-grad AST 5 għall-grad AST 6 fil-parti fejn tistabbilixxi l-fattur ta’ multiplikazzjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
jannulla d-deċiżjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2011 tal-Assistent Segretarju Ġenerali responsabbli għall-Affarijiet Ġenerali, għar-Riżorsi Umani u għall-Affarijiet Interni, sa fejn il-fattur ta’ multiplikazzjoni li jirriżulta mill-promozzjoni tar-rikorrenti għall-grad AST 6/1 b’effett mill-1 ta’ April 2011 u li ġie stabbilit permezz ta’ dawn id-deċiżjonijiet huwa dak li kien iffissat fir-rigward tagħhom fl-1 ta’ April 2009 u mhux dak li kien iffissat fir-rigward tagħhom fl-24 ta’ Marzu 2011 b’effett mill-1 ta’ April 2011;
sussidjarjament, jannulla dawn id-deċiżjonijiet sa fejn il-fattur ta’ multiplikazzjoni li jirriżulta mill-promozzjoni tar-rikorrenti ma jiħux inkunsiderazzjoni l-anzjanità fl-iskala tagħhom miksuba bejn l-1 ta’ April 2009 u l-1 ta’ April 2011;
sussidjarjament, jannulla d-deċiżjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2011 sa fejn jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ April 2011 u mhux fid-data li tiġi immedjatament wara dik li fiha daħlu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tal-24 ta’ Marzu 2011 ;
tikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.