Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2007 - RedEnvelope vs L-UASI - Red Letter Days (redENVELOPE)

(Kawża T-415/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: RedEnvelope Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Poulter, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Red Letter Days Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' Appell ta' l-14 ta' Settembru 2007, Nru R 1117/2005-1, safejn id-deċiżjoni taċċetta li jiġu ppreżentati provi ġodda in sostenn tal-motivi ta' oppożizzjoni;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż inkorsi mir-rikorrenti għal dan l-appell

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva 'redENVELOPE'

għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42 - applikazzjoni Nru 1 601 327

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Red Letter Days Ltd

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade marks verbali u figurattivi nazzjonali, kemm reġistrati kif ukoll mhux reġistrati, 'RED LETTER', 'RED LETTER DAYS' u 'RED LETTER DAYS PLC', għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 21, 22, 25, 26, 33, 36, 39, 41, 42, 43 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: l-oppożizzjoni intlaqgħet parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni u r-rinviju tal-każ lid-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni, sabiex din tkun tista' tagħmel evalwazzjoni supplementari inkwantu għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94

Motivi invokati : Ksur ta' l-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li l-Bord ta' l-Appell aċċetta li jiġu ppreżentati provi ġodda, liema fatt ser jippermetti lid-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni tiddeċiedi abbażi ta' provi li ma kinux disponibbli fl-istadji preċedenti tal-proċedimenti u li r-rikorrenti qatt ma kellha l-opportunità li tikkummenta dwarhom quddiem id-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni.

____________