Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Marzu 2008 - Aer Lingus Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/07 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kontroll ta' konċentrazzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Talba għas-sospensjoni ta' eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Miżura inkompatibbli mad-distribuzzjoni tal-poteri bejn l-istituzzjonijiet - Kompetenza tal-Kummissjoni - Miżuri provviżorji indirizzati lil parti intervenjenti - Talba għas-sospensjoni ta' eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Nuqqas ta' fumus boni juris - Nuqqas ta' urġenza - Nuqqas ta' dannu gravi u irreparabbli - Dannu li jiddependi fuq avvenimenti inċerti fil-futur - Motivi insuffiċjenti - Ibbilanċjar tal-interessi kollha")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aer Lingus Group plc (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Burnside, solicitor, u B. van de Walle de Ghelcke u T. Snels, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis, É. Gippini Fournier u S. Noë, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ryanair Holdings plc (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti : J. Swift, QC, V. Power, A. McCarthy u D. Hull, solicitors, G. Berrisch, avukat)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex jinkisbu, fl-ewwel lok, ordni li tobbliga lill-Kummissjoni tadotta ċerti miżuri li jirrigwardaw is-sehem ta' Ryanair Holdings plc fil-kapital tar-rikorrenti, fit-tieni lok, u sussidjarjament, ordni b'effett simili kontra l-Kummissjoni jew Ryanair Holdings plc, u fit-tielet lok, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)4600 finali, tal-11 ta' Ottubru 2007, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-ftuħ ta' proċeduri skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta' Jannar 2004, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, p. 1) u li jiġu adottati miżuri interim taħt l-Artikolu 8(5) ta' dan ir-regolament.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________