Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2021 – Niemelä et vs BĊE

(Kawża T-321/17) 1

(Rikors għal annullament – Politika ekonomika u monetarja – Sorveljanza prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu – Missjonijiet speċifiċi ta’ sorveljanza fdati lill-BĊE – Deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment ta’ kreditu – Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża – Tmiem tas-suġġett tal-kawża – Telf tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Rikors għad-danni – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Heikki Niemelä (Ohain, il-Belgju), Mika Lehto (Espoo, il-Finlandja), Nemea plc (St. Julians, Malta), Nevestor SA (Ohain), Nemea Bank plc (St. Julians) (rappreżentant: A. Meriläinen, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta u A. Witte, aġenti, assistiti minn B. Schneider, avukat)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u A. Nijenhuis, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2017 -213800JENPXTUY75VSO/1 WHD-2017-0003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2017, li twassal għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni għall-aċċess għal attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kreditu ta’ Nemea Bank plc u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni allegatament sostnuti mir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal annullament.

It-talba għal kumpens għad-danni hija miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

Heikki Niemelä, Mika Lehto, Nemea plc, Nevestor SA u Nemea Bank plc u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huma kkundannati kull wieħed ibatu l-ispejjeż tagħhom, relatati mat-talba għal annullament.

Heikki Niemelä, Mika Lehto, Nemea, Nevestor u Nemea Bank huma kkundannati ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-BĊE relatati mat-talba għal danni.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 283, 28.8.2017.