Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Marzu 2010 - Lux Mamagement vs UASI - Zeis Excelsa (KULTE)

(Kawża T-130/10)

Lingwa tal-preżentata tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lux Mamagement Holding SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Mas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zeis Excelsa SPA (Montegranaro, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta' Jannar 2010, fil-Każ R 712/2008-4 ma għandux skop;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta' Jannar 2010, fil-Każ R 712/2008-4 peress li ma ħax inkunsiderazzjoni l-provi prodotti mir-rikorrenti;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta' Jannar 2010, fil-Każ R 712/2008-4 minħabba nuqqas ta' motivazzjoni dwar it-tolleranza tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għal dak li jikkonċerna t-trade mark Komunitarja koperta mit-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva "KULTE" għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva Taljana "CULT" għall-prodotti kollha fil-klassi 25; it-trade mark figurattiva internazzjonali "CULT" li għandha effetti fi Franza u fil-Benelux għall-prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Annullament parzjali tat-trade mark Komunitarja koperta mit-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Rikors miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 inkwantu l-Bord tal-Appell ma rrikonoxxix id-deċiżjoni tiegħu bħala nieqsa minn skop minħabba l-fatt li l-partijiet kienu laħqu ftehim dwar il-koeżistenza tat-trade marks inkwistjoni u dwar it-talba sussegwenti ta' ċessjoni; ksur tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali inkwantu l-Bord tal-Appell irrifjuta li jaċċetta provi ġodda prodotti mir-rikorrenti; ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 inkwantu l-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni żbaljata tas-sens tal-provi prodotti u ma tax motivi rigward il-prova ta' tolleranza, mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, tat-trade mark Komunitarja koperta mit-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità.

____________