Language of document : ECLI:EU:C:2016:775





tmilcjeDigriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ottubru 2016 – EMA vs Pari Pharma

[Kawża C‑406/16 P(R)]

“Appell – Digriet għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ att ikkontestat quddiem il-Qorti Ġenerali – Bdil fiċ-ċirkustanzi – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) ippreżentati fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali – Deċiżjoni li jingħata aċċess għal dokumenti lil terz”

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li tagħti lil terz aċċess għal informazzjoni ppreżentata minn impriża fil-kuntest tal-applikazzjoni tagħha għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali – Għoti ta’ miżuri provviżorji mill-qorti tal-Unjoni – Konklużjoni, sussegwentement, ta’ ftehim bejn l-applikant u t-terz dwar in-nuqqas ta’ żvelar tal-informazzjoni – Miżuri provviżorji li ma baqgħux utli – Annullament (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 160) (ara l-punti 55‑61)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Mejju 2016, Pari Pharma vs EMA (T‑235/15 R, mhux ippubblikat, EU:T:2016:309), huwa annullat.

2)

Id-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewoprea tal-1 ta’ Settembru 2105, Pari Pharma vs EMA (T‑235/15 R, EU:T:2015:587), huwa rrevokat.

3)

Pari Pharma GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest kemm tal-proċedura tal-appell kif ukoll ta’ dik tal-ewwel istanza.