Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Knauf Insulation Technology vs UASI – Saint Gobain Cristalería (ECOSE TECHNOLOGY)

(Kawża T-324/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea – Trade mark figurattiva ECOSE TECHNOLOGY – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ECOSEC FACHADAS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Knauf Insulation Technology (Visé, il-Belġju) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Saint Gobain Cristalería, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Montañá, S. Sebé u I. Carulla, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2012 (Każijiet R 1193/2011-5 u R 1426/2011-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Saint Gobain Cristalería, SL u Knauf Insulation Technologies.DispożittivId-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Mejju 2012 (Każijiet R 1193/2011-5 u R 1426/2011-5), hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell, minn naħa waħda, ċaħad ir-rikors ippreżentat minn Knauf Insulation Technology u, min-naħa l-oħra, annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-OppożizzjoniL-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Knauf Insulation TechnologySaint Gobain Cristalería, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs l

-ispejjeż so

stnuti minn Knauf Insulation Technology.

____________

1     ĠU C 295, 29.09.2012