Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-30 ta' Mejju 2012 - Frédéric Hay vs Crédit agricole mutuel de Charente-Maritime et des Deux-Sèvres

(Kawża C-267/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Frédéric Hay

Konvenut: Crédit agricole mutuel de Charente-Maritime et des Deux-Sèvres

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta' Novembru 2000 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għażla tal-leġiżlatur nazzjonali li jirriżerva l-konklużjoni ta' żwieġ għal persuni ta' sess differenti, tista' tikkostitwixxi għan leġittimu, xieraq u neċessarju li jiġġustifika d-diskriminazzjoni indiretta li tirriżulta mill-fatt li ftehim kollettiv, billi jirriżerva vantaġġ fil-qasam ta' remunerazzjoni u ta' kundizzjonijiet ta' xogħol lill-impjegati li jiżżewġu, neċessarjament jeskludi minn dan il-vantaġġ lill-imsieħba tal-istess sess li kkonkludew patt ċivili ta' solidarjetà?

____________

1 - Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta' Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79)