Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika Slovakka (C-643/15) u l-Ungerija (C-647/15) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawżi Magħquda C-643/15 u C-647/15) 1

(Rikors għal annullament – Deċiżjoni (UE) 2015/1601 – Miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika u tar-Repubblika Taljana – Sitwazzjoni ta’ emerġenza kkaratterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju ta’ ċerti Stati Membri – Rilokazzjoni ta’ dawn iċ-ċittadini fit-territorju ta’ Stati Membri oħrajn – Allokazzjonijiet ta’ rilokazzjoni – Artikolu 78(3) TFUE – Bażi legali – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni – Kunċett ta’ ‘att leġiżlattiv’ – Artikolu 289(3) TFUE – Natura obbligatorja għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew – Artikolu 15(1) TUE u Artikolu 68 TFUE – Forom proċedurali sostanzjali – Emenda tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea – Rekwiżiti ta’ konsultazzjoni mill-ġdid mal-Parlament Ewropew u ta’ vot unanimu fi ħdan il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 293 TFUE – Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk u l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky), l-Ungerija (C-647/15) (rappreżentanti: M. Z. Fehér u G. Koós, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Kamejsza, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Chavrier, K. Pleśniak, N. Pethő u Z. Kupčová, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J. Van Holm, M. Jacobs u C. Pochet, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja [rappreżentanti: T. Henze, R. Kanitz u J. Möller (C-647/15), aġenti], ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: M. Michelogiannaki u A. Samoni-Rantou, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, F.-X. Bréchot u Armoet, aġenti), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn L. D’Ascia, avvocato dello Stato), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: A. Germeaux, C. Schiltz u D. Holderer, aġenti), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, O. Widgren, E. Karlsson u L. Swedenborg, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea, [rappreżentanti: M. Condou-Durande u K. Talabér-Ritz (C-647/15), J. Baquero Cruz, A. Tokár (C-643/15) u G. Wils, aġenti]

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Ir-Repubblika Slovakka u l-Ungerija huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 ĠU C 38, 1.2.2016.