Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – Puma vs EUIPO – Société d’équipements de boulangerie pâtisserie (BERTRAND PUMA La griffe boulangère)

(Kawża T-184/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BERTRAND PUMA La griffe boulangère – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea PUMA – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ dannu għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rabta bejn it-trade marks kunfliġġenti”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Société d’équipements de boulangerie pâtisserie (Portes-Lès-Valence, Franza)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Jannar 2023 (Każ R 2420/2020-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Puma SE hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 179, 22.5.2023.