Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta' Diċembru 2012 - Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-88/09 u 48/10) 

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Assenjazzjoni mill-ġdid - Interess tas-servizz - Regola ta' ekwivalenza bejn il-grad u l-pożizzjoni - Drittijiet tad-difiża - Fastidju psikoloġiku - Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dmir ta' premura - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Proċedura dixxipplinari - Sanzjoni dixxipplinari - Twissija bil-miktub - Drittijiet tad-difiża u prinċipju ta' kontradittorju)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Z (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment L. Levi u M. Vandenbussche, avukati, sussegwentement F. Rollinger, avukat)

Konvenut: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. V. Placco, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ttrasferit fl-interess tas-servizz għal direttorat ieħor, kif ukoll il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' somma bħala kumpens għad-dannu morali.

Dispożittiv

1)    Ir-rikorsi fil-kawżi magħquda F-88/09 u F-48/10 huma miċħuda.

2)    Fil-kawża F-88/09, Z għandha tħallas tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha u fil-kawża F-48/10, Z għandha tħallas l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

3)    Fil-kawża F-88/09, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tħallas l-ispejjeż tagħha stess u kwart mill-ispejjeż ta' Z.

____________

1 - ĠU C 24, 30.01.2010, p. 80.