Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2022 – SS u ST vs Frontex

(Kawża T-282/21) 1

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Dritt għal ażil – Sejħa għal teħid ta’ azzjoni – Teħid ta’ pożizzjoni ta’ Frontex – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SS, ST (rappreżentanti: M. Van den Broeck u L. Lambert, avukati)

Konvenut: Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentanti: H. Caniard, S. Drew u W. Szmidt, agenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li Frontex illegalment naqset milli tadotta, b’applikazzjoni tal-Artikolu 46(4) tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU 2019, L 295, p. 1), deċiżjoni għas-sospensjoni jew għat-tmiem tal-attivitajiet tagħha fir-reġjun tal-Baħar Eġew.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

SS, ST u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 289, 19.7.2021.