Language of document : ECLI:EU:T:2014:646





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Lulju 2014 — Vila Vita Hotel und Touristik vs UASI – Viavita (VIAVITA)

(Kawża T‑204/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VIAVITA — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti VILA VITA PARC u figurattiva preċedenti VILA VITA — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade marks preċedenti — Artikolu 42(2) u (3), u Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark — Skop u kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) (ara l-punti 23-25)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 419/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vila Vita Hotel und Touristik GmbH u Viavita.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vila Vita Hotel und Touristik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Viavita.