Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Mejju 2011 - International Engine Intellectual Property Company vs UASI (PURE POWER)

(Kawża T-248/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Engine Intellectual Property Company, LLC (Warrenville, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Thomas u B. Reiter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Frar 2011 fil-Każ R 2310/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż;

tiffissa data għal seduta fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tkunx tista' tiddeċiedi l-kawża mingħajr seduta.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "PURE POWER" għal prodotti fil-klassi 12

Deċiżjoni tad-dipartiment "Trade marks u Reġistru: Applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), (c) u 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 kif ukoll tal-"prinċipji ġenerali tal-liġi tat-trade marks", peress li l-Bord tal-Appell sab li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kienet ta' natura deskrittiva tal-prodotti li għalihom kienet intalbet reġistrazzjoni kif ukoll nieqsa minn karattru distintiv.

____________