Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 taʼ Mejju 2013 - Sanco vs UASI - Marsalman (Rappreżentazzjoni taʼ tiġieġa)

(Kawża T-249/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti taʼ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta tiġieġa - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti li tirrappreżenta tiġieġa - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sanco, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: A. Segura Roda, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Marsalman, SL (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċizjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 taʼ Frar 2011 (Każ R 1073/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Sanco, SA u Marsalman, SL.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-17 taʼ Frar 2011 (Każ R 1073/2010-2) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 204, 09.07.2011.